Saif Al-Ilam, iben l-eks dittatur Libjan Muammar Gaddafi, inħeles mill-ħabs wara li ngħata amnestija, mossa deskritta bħala pass li jista’ jikkawża aktar instabilità fil-Libja.
Saif Al Islam kien iben id-dittatur li kien il-preferut li jkun is-suċċessur ta’ Missieru u kien qed jinżamm arrestat minn milizja fil-belt ta’ Zintan. Hu kien ilu arrestat għal dawn l-aħħar sitt snin.
Il-milizja ta’ Abu Bakr al-Siddiq qalet li Saif al-Islam inħeles il-ġimgħa imma sa issa għadu ma deherx fil-pubbliku.
Rapporti fil-media Libjana qed jgħidu li Saif Al Islam issa jinsab fil-Belt ta’ Al-bayda u qed jgħix ma xi qraba.
Fil-waqt li Saif al-Islam, issa jinsab meħlus, fuq rasu hemm imdendla sentenza ta’ mewt mill-qorti ta’ Tripli, il-qorti li tappartjeni lill-Gvern ta’ Tripli, il-Gvern li għandu l-appoġġ min-Nazzjonijiet Uniti.
Il-ħelsien ta’ Saif Al Islam jista’ jkun interpretat bħala pass li jista’ jkompli jwassal għal aktar taħwid f’dan il-pajjiż li għadu ma ħax ruħ mir-rivoluzzjoni li wasslet għal qtil ta’ Muammar Gaddafi.
Saif Al-Islam huwa mfittex ukoll mill-Qorti Internazzjonali kontra l-krimini fil-konfront tal-umanità. Dawn b’rabta ma reati li twettqu bl-iskop li jwaqqaf ir-rivoluzzjoni.
//= $special ?>