Libjan li l-ġimgħa li għaddiet ħarab mill-kustodja tal-Pulizija illum tressaq il-qorti akkużat bil-ħarba u anke aggressjoni.
Mohammad Ibrahim ta’ tmintax-il sena ġie arrestat mill-ġdid wara li kien zijuh stess li qal lill-pulizija fejn kien jinsab u instab fil-pussess ta’ arma li taqta’ u bil-ponta.
Ibrahim fil-qorti kien akkużat li fil-5 ta’ Ġunju li għadda fil-Furjana ħebb għal-Libjan ieħor.
L-ispettur Priscilla Caruana Lee qalet lil Maġistrat Consuelo Scerri Herrera qalet li l-proċweduri ħadu madwar ġimgħa sakemm tressaq quddiem il-qorti għaliex l-akkużat kien ħarab mill-għassa tal-Pulizija ftit wara l-arrest.
Il-Maġistrat qalet li Mohammad Ibrahim kien akkużat drabi oħra b’akkużi simili ta’ vjolenza u għalhekk it-talba tiegħu għall-ħelsien mill-arrest kienet miċħuda u nżamm arrestat.
//= $special ?>