Sport Sport Ieħor

MOTOGP – Rebħa għal Dovizioso

Is-sewwieq tad-Ducati Andrea Dovizioso kiseb it-tieni rebħa nfila tiegħu meta din id-darba rebaħ il-Grand Prix ta’ Katalunja. Ġimgħa qabel is-sewwieq Taljan kien rebaħ quddiem il-pubbliku tiegħu stess meta rebaħ f’Mugello u din id-darba għeleb l-isfida taċ-champion renjantni Marc Marquez li daħal 3.5 sekondi warajh.

Ir-rebħa li kiseb Dovizioso kienet waħda mill-aqwa speċjalment meta wieħed iqis li hu kien beda mis-seba’ post.

Fit-tielet post daħal Dani Pedrosa tal-Honda u fir-raba’ post daħal Jorge Lorenzo tad-Ducati.
F’dik li hi klassifika ġenerali issa Dovizioso qiegħed fit-tieni post seba’ punti wara l-lider Maverick Viñales.