Żagħżugħ ta’ 21 sena minn Birkirkara weġġa’ gravi wara li l-karozza li kien qed isuq spiċċat ħabtet ma ħajt.
L-inċident seħħ is-Sibt għall-ħabta tad-21:15, meta l-Pulizija kienu infurmati li kien għadu kemm seħħ inċident stradali f’Ta’ Qali. Minn stħarriġ preliminari li sar fil-post irriżulta li sewwieq ta’ 21 sena residenti Birkirkara għal xi raġuni tilef il-kontroll tal-karozza tat-tip Volkswagen Polo u baqa’ dieħel f’ħajt.
Fil-post issejħet ambulanza li ħadet liż-żagħżugħ l-Isptar Mater Dei fejn aktar tard ġie ċċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi ta’ natura gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.
//= $special ?>