Lokali

AĠĠORNATA: Żagħżugħ iweġġa’ gravi wara li ntlaqat minn karozza f’Birkirkara

Żagħżugħ Bulgaru, ta’ 27 sena residenti San Pawl il-Baħar, qed isofri minn feriti gravi wara li dalgħodu ntlaqat minn karozza fi Triq Mannarino f’Birkirkara.

Jirriżulta li l-inċident seħħ għall-ħabta tal-11.15am, meta ż-żagħżugħ intlaqat mill-karozza tat-tip Suzuki Swift, misjuqa minn mara ta’ 53 sena minn Ħal Balzan.

Fil-post issejħu l-Pulizija u anke tim mediku, li ta l-ewwel għajnuna lill-barrani. Hu ttieħed l-Isptar għal aktar kura, fejn kien iċċertifikat li qed isofri minn feriti gravi.

Il-karozza involuta kellha ħsarat konsiderevoli, l-aktar fil-‘windscreen’.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.