Ajruplan tal-passiġġieri tal-linja tal-ajru China Eastern, kellu jirritorna lejn l-ajruport ta’ Sydney wara li problema teknika ħallietu b’parti mill-magna nieqsa.
It-titjira MU736 kienet qed topera bejn Sydney u Shangai, meta siegħa wara t-tluq, il-bdot irraporta problemi fil-magna.
Il-passiġġieri li kienu abbord, qalu li fl-ajruplan kienet tinxtamm riħa ta’ ħruq. Fortunatament l-ajruplan illandja mingħajr problemi u ħadd ma weġġa’.