Lokali

Arrestat wara li nstab li kellu d-droga Khat

Raġel li wasal Malta fuq titjira minn Ruma, twaqqaf mill-uffiċjali tad-dwana u ġie arrestat mill-Pulizija wara li nstab li kellu fil-pusess tiegħu basket tal-plastik mimli weraq tad-droga Khat. Instab wkoll li kellu permess residenzjali taljan falz.

Id-droga Khat is pjanta li ġejja mill-Afrika u li tintuża bħala stimulant. Aġenziji internazzjonali ta’ kontra l-abbuż mid-droga ilhom snin jaħdmu biex il-Khat ma tkunx ittrafikata. Fost dawn l-organizazzjonijiet hemm l-Organizazzjoni Dinija tas-Saħħa , il-WHO, li ssostni li hi sustanza li wieħed faċilment jista’ jabbuża minnha