Futbol Sport

Fabio Capello jiffirma ma’ klabb Ċiniż

L-ekskowċ nazzjonali tal-Ingilterra u tar-Russja Fabio Capello nħatar bħala kowċ tal-klabb Ċiniż Jiangsu Suning. Capello iffirma kuntratt ta’ sentejn b’salarju ta’ £120,000 fil-ġimgħa. Capello se jkollu biċċa xogħol iebsa biex jgħin lil Jiangsu Suning jirkupraw hekk kif dan l-istaġun dawn sfaw eliminati miċ-Champions League Asjatika u qegħdin fil-pożizzjoni ta’ qabel tal-aħħar fil-kampjonat.

Capello se jkun it-tielet kowċ Taljan li se jkun qed jaħdem iċ-Ċina. L-ekscaptain tat-tim nazzjonali Taljan Fabio Cannavaro qed imexxi lit-tim ta’ Tianjin Quanjian filwaqt li l-ekskowċ nazzjonali tal-Italja Marcello Lippi qed imexxi lit-tim nazzjonali Ċiniż.

Flimkien ma’ Capello se jkunu qed jaħdmu l-eksplejers ta’ Milan Cristian Brocchi u Gianluca Zambrotta. L-aħħar tim li mexxa Capello kien it-tim nazzjonali tar-Russja imma dan kien tkeċċa mill-kariga sentejn ilu.