Internazzjonali

FILMAT: Il-mument li karozza taret għal fuq xarabank

Filmat drammatiku mill-Ġappun, filmat li juri l-mument li karozza daret f’daqqa’ waħda u taret għal fuq xarabank li kienet qed tivjaġġa fid-direzzjoni l-opposta.

Fl-inċident, ix-xufier tal-karozza nqatel fil-post u 45 persuna li kienu fix-xarabank ndarbu.

Cameras mwaħħla fix-xarabank ġibdu l-filmati ta’ dak li ġara.

Fil-karozza kien hemm biss persuna ta’ 60 sena u issa l-Pulizija qed tipprova ssib tarf x’wassal għal dan l-inċident.