Il-Kumitat Eżekuttiv tal-Partit Nazzjonalista se jitlaqqa’ llum fid-Dar Ċentrali biex ikun deċiż liema distretti elettorali se jċedu l-kandidati tal-PN li kienu eletti minn żewġ distretti elettorali fl-elezzjoni tas-Sibt 3 ta’ Ġunju.
Il-Partit Nazzjonalista kellu ħames kandidati li ġew eletti minn żewġ distretti. Dawn huma: Simon Busuttil (elett mill-11 u t-12-il distrett); Beppe Fenech Adami (mis-7 u t-8 distrett); David Agius (mit-8 u l-11-il distrett); Marthese Portelli (mid-9 u t-13-il distrett) u Robert Arrigo (mid-9 u l-10 distrett).
Nhar is-Sibt li għadda, waqt laqgħa konġunta tal-Eżekuttiv Nazzjonali u l-Grupp Parlamentari tal-Partit Laburista, kien deċiż liema distrett se jċedu s-seba’ kandidati tal-Partit Laburista li kienu eletti minn żewġ distretti elettorali fl-elezzjoni ġenerali li għaddiet.
Joseph Muscat ċeda l-5 distrett; Evarist Bartolo t-12-il distrett; Helena Dalli t-2 distrett; Edward Scicluna t-8 distrett; Chris Fearne ir-4 distrett; Michael Falzon id-9 distrett u Silvio Schembri s-6 distrett elettorali.
//= $special ?>