Il-ħaddiema li s-Sibt li għadda waqa’ f’magna li tqatta’ l-plastik fl-impjant tal-Wasteserv fix-Xewkija, inġieb fl-Isptar Mater Dei u qed jingħata l-kura fit-taqsima tal-Kura Intensiva.
Il-ħaddiem li hu Taljan u għandu 50 sena, kien qed jaħdem viċin il-magna, meta għal xi raġuni waqa’ u spiċċa b’saqajh it-tnejn maqbuda fiha. Konsegwenza ta’ dan ir-raġel jinsab f’riskju li jitlef saqajh it-tnejn.
Dwar dan il-każ qed tmexxi inkjesta il-Maġistrat Joanne Vella Cuschieri.
//= $special ?>