Waqt laqgħa tal-Kumitat Eżekuttiv tal-Partit Nazzjonalista llejla ġew deċiżi d-distretti elettorali li fihom se jkunu qed isiru l-elezzjonijiet każwali.
Permezz ta’ vot sigriet, id-deċiżjoni meħuda hi li l-elezzjonijiet każwali jsiru:
fis-7 distrett elettorali, biex post Beppe Fenech Adami jittieħed minn wieħed minn dawn: Sam Abela, Monique Agius, Antoine Borg, Dounia Borg, Lee Bugeja Bartolo, Godfrey Farrugia, Paul Mazzola, Peter Micallef, David Vassallo, Ian Mario Vassallo
fl-10 distrett elettorali, biex post Robert Arrigo jittieħed minn wieħed minn dawn: Alan Abela Wadge, Karol Aquilina, Graziella Attard Previ, Roselyn Borg, Ray Bugeja, Albert Buttigieg, Anthony Buttigieg, Justin Fenech, Wayne Hewitt, Noel Muscat, Anne Marie Muscat Fenech Adami, George Pullicino, Nick Refalo, Chris Sansone, Charles Selvaggi, Evelyn Vella Brincat, Jason Zammit u Francis Zammit Dimech.
fil-11-il distrett elettorali b’żewġ elezzjonijiet każwali, biex post Simon Busuttil u David Agius jittieħdu minn tnejn minn dawn: Simone Aquilina, Ivan Bartolo, Shirley Cauchi, Maria Deguara, Graziella Galea, Alex Mangion, Alex Perici Calascione, Charles Polidano, Connie Scerri u Giorgio Schembri
fit-13-il distrett elettorali, biex post Marthese Portelli jittieħed minn wieħed minn dawn: 13: Kevin Cutajar, Joe Ellis, Censu Galea, Ryan Mercieca, Charles Polidano, Maria Portelli, David Stellini u Jason Zammit
//= $special ?>