Lokali

Il-Pulizija jingħataw ġurnata ‘leave’ żejda għall-ħidma tagħhom fl-aħħar 6 xhur

Il-membri tal-Korp tal-Pulizija illum kienu nfurmati li se jingħataw ġurnata ‘leave’ żejda għax-xogħol li għamlu matul l-aħħar sitt xhur, b’mod partikolari x-xogħol relatat mal-Presidenza tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u l-Kampanja Elettorali.

Fl-aħħar xhur il-Pulizija kienu nvoluti f’ħidma intensiva li kienet tikkonsisti fost ohrajn fi skorti għall-ministri u persuni oħra, tfittxijiet għal raġunijiet ta’ sigurta’ kif ukoll fil-kampanja elettorali, bil-għan li tinżamm il-paċi pubblika, kontroll tat-traffiku u s-sigurta’ fiċ-ċentri tal-votazzjoni u s-sala tal-għadd tal-voti.