Pilatus Bank qatt ma ppreżentaw l-engagmenet form għar-Russa
Ir-raġel tal-whistle-blower Russa li kienet taħdem mal-Pilatus Bank xehed li martu ma rċeviet l-ebda ħlas għax-xogħol li għamlet mal-Bank.
Meta kien qed jixhed fil-qorti fil-kawża ta’ martu kontra l-Pilatus Bank għax ma ħallasiex paga ta’ tliet xhur qabel keċċieha, ir-raġel qal li l-bank kien ta xi flus lil martu iżda dawn ma kinux il-pagi dovuti. Hu qal li dan jista’ jgħidu għaliex hu qed ikollu jħallas il-kirjiet u l-loans ms-salarju tiegħu. Ir-raġel ta’ nazzjonalità Griega ilu miżżewweġ lir-Russa għal 11-il sena.
Ir-Russa kienet qalet li rat żewġ dikjarzzjonijiet ta’ trust f’isem Michelle Muscat, il-mara tal-Prim Ministru fejn jirriżulta li Michelle Muscat hi s-sid tal-kumpanija Egrant. Il-whistle-blower Russa fetħet kawża kontra l-Pilatus Bank għall-flus dovuti lilha filwaqt li l-bank fetaħ kawża kontriha għal flus ta’ xi titjiriet.
F’seduta preċendenti l-whistle-blower kienet qalet li kienet irċeviet xi flus mill-bank biex tixtri xi affarijiet ta kuljum meta kienet taħdem hemm u anki kienet imġgħela tħallas lil xi klijenti f’envelopes magħluqa. Dawn il-ħlasijiet kienu jsiru lil klijenti residenti f’diversi lukandi.
Ir-raġel tal-whistle-blower xehed li martu kienet taħdem bħala assitenta taċ-Chairman ta’ Pilatus. Hu qal li kien f’Diċembru 2015 jew f’Jannar 2016 li huma marru ID Malta biex iġibu l-ID Card. Kien f’April 2016 li hu u wliedu rċevew l-ID Card waqt li martu kellha l-ID Card f’Ġunju 2016.
Marcel Bonnici, minn Jobs Plus, xehed li skont ir-records tagħhom, Pilatus Bank qatt ma ppreżentaw l-engagment form għar-Russa.
//= $special ?>