Lokali

Jindifen katavru b’ieħor wara żball fil-kamra mortwarja

L-Isptar Mater Dei - Mill-Arkivji

Taħwida fil-kamra mortwarja tal-Isptar Mater Dei wasslet biex indifen katavru ta’ raġel minflok katavru ta’ raġel ieħor.

Artiklu fil-faċċata tal-gazzetta Times of Malta bit-titlu, “Man misses own funeral” jgħid li nhar it-Tlieta 6 ta’ Ġunju tebut b’katavru ta’ raġel kien rilaxxat għall-funeral u għad-difna minflok katavru ieħor.

Jidher li l-qraba ta’ wieħed mill-irġiel skoprew dan il-fatt xokkanti meta l-katavru ta’ qaribhom ma setax jinstab fil-kamra mortwarja. Kollox beda meta neputija ta’ wieħed minn dawn l-irġiel mejta marret fil-kamra mortwarja biex tara lil nannuha fit-tebut qabel il-funeral.  Imma hi kienet ixxukjata meta rat li l-katavru fit-tebut li suppost kien nannuha, kien raġel ieħor li ma tafux.

Hi infurmat lil istaff tal-kamra mortwarja u wara iktar investigazzjonijiet irriżulta li l-katavru ta’ nannuha ma kienx għadu fil-kamra mortwarja imma kien diġà indifen wara li kien hemm taħwida u hu kien indifen minflok raġel ieħor.

Kelliem għall-Ministeru tas-Saħħa ikkonferma li t-tebut bil-katavru tal-persuna indikata kien rilaxxat għad-dfin bi żball nhar it-Tlieta 6 ta’ Ġunju u bħalissa għaddejja investigazzjoni interna biex ikun magħruf x’ġara biex saret dik it-taħwida. Sorsi qalu lit-Times of Malta li żewġ membri tal-istaff tal-kamra mortwarja kienu sospiżi.

Il-kamra mortwarja tal-isptar Mater Dei