Lokali Qorti

Jinstab ħati li seraq cables tad-dawl tal-Enemalta

Gordon Grima ta’ 35 sena mill-Birgu  kien kundannat 24 xahar ħabs wara li nstab ħati li seraq cables tad-dawl tal-Enemalta.

Il-każ imur lura għal Settembru 2010 meta insterqu cables mis-substation tal-Enemalta f’Bormla. Dan kien ikkaġuna nirien u anki ħsarat f’apparat domestiku f’diveri djar fiż-żona. Irriżulta li kien hemm madwar  170 metru cables neqsin.

Minkejja li fid-dar tal-akkużat ma nstabux il-cables kien stabbilit li fis-substation kien hemm il-marki tas-swaba tal-akkużat. Jirriżulta li l-akkużat għandu problema kbira ta’ droga. Il-Qorti ordnat li l-akkużat jingħata l-kura meħtieġa kemm idum il-ħabs.