Lokali Qorti

Kif marret lura d-dar rat il-ġojjellerija mxerrda fuq il-bankina

Raġel ta’ 43 sena kien kundannat tmien xhur ħabs wara li instab ħati li flimkien ma’ persuni oħra fl-2014 kien involut f’serqa minn djar.

Iż-żewġ persuni, fosthom il-ħati Francis Formosa, inqabad minn dar fi Triq Il-Qortin, il-Mellieħa meta huma kienu f’karrozza.

Is-sid tad-dar qalet li kienet innnotat żewġ irġiel f’karrozza qabel ħarġet mid-dar u meta kienet sejra lura rat il-ġojjellerija tagħha fuq il-bankina.

Fil-qorti rriżutla li kien Josef Buttigieg li daħal fid-dar jisraq u mhux l-akkużat, iżda rriżulta li kien fil-post.

Il-verżjonijiet taż-żewġ irġiel invuluti fis-serqa ma kinux emmnuti mill-qorti għaliex ma kinux kredibbli.