Il-Qorti kkundannat l-użu ħażin tal-media soċjali u ordnat kittieb ta’ post fuq Facebook jħallas €2,000 lil vittma u li jagħmel apoloġija pubblika.
Il-Ġermaniża Victoria Meyer spiċċat il-qotti tiffaċċja proċeduri legali wara kitba li għamel f’Awwissu 2013. Il-każ beda meta Meyer kienet f’St.Peter’s Pool u allegat li l-vapur Tia Buena kien qed jarmi drenaġġ fil-baħar fil-viċinanzi tal-għawiema.
Wieħed minn dawn l-għawwiema kien ħabib tagħha u kien ma jiflaħx minħabba d-drenaġġ. Meyer għamlet dan il-post fuq page li jarawha 16,000 persuna u rrifjutat li tneħħi l-post tant li ġurnata wara l-post kient baqgħet hemm bil-konsegwenza li s-sidien tal-vapur bdew proċeduri għal-libell.
Il-Maġistrat Francesco Depasquale qal li dan il-post effettwa l-kredibbiltà tal-kumpanija fil-kuntest tal-kumpaniji rivali aktar u aktar meta jirriżulta li dakinhar tal-allegata inċident til-vapur Tia Buena ma kinx viċin St.Peter’s Pool.
Il-Qorti nnotat li Meyer qatt ma għamlet apoloġija u kkundannat il-mod kif hawn min juża l-media soċjali biex jinsulta, jattakka u jigdeb.
Il-Maġistrat Depasquale qal li din l-imġieba mhix aċċettabbli f’soċjetà demokratika u għandha tkun kundannata bil-qawwa. Dikjarazzjoni pubblika għandha tkun sostnuta mill-evidenza u mhux biżżejjed li din l-allegazzjoni miktuba ktun irtirata.
//= $special ?>