Toni Abela li fix-xhur li għaddew kien maħtur Imħallef, kien imċanfar mill-Qorti. Dan minħabba li qabel kien maħtur Imħallef u meta kien għadu editur tal-gazzetta tal-Partit Laburista KullĦadd, ikkawża dewmien esaġerat f’każ ta’ libell minħabba li ħalla seduti tal-Qorti jkunu posposti 22 darba fuq medda ta’ erba’ snin biex jippreżenta l-provi tiegħu. Hu spiċċa ma ippreżenta l-ebda provi u illimita ruħu għal żewġ kontro-eżamijiet ta’ min ressaq il-libell.
Bħala editur tal-gazzetta, Toni Abela kienu bdew proċeduri kontrih minn Roberta Messina fid-19 ta’ Diċembru 2012 wara artiklu li hu kien ippubblika. Aleander Balzan sar Editur tal-gazzetta minflok Toni Abela fis-16 ta’ Novembru 2016.
L-artiklu kien jitratta l-ħatriet tal-gvern Nazzjonalista li ingħataw lil ispiżjara Roberta Messina u r-remunerazzjoni li ingħatat għal dawn il-ħartiet.
Toni Abela qal li l-artiklu kien meqjus bħala fair comment.
Il-Qorti sabet li filwaqt li l-artiklu tal-gazzetta kien korrett rigward il-ħatriet, iċ-ċifri tar-remunerazzjoni ma kinux korretti u esagerati bil-goff liema fattur tefa’ dell ikraħ fuq Messina minħabba li r-remunerazzjoni kienet kwistjoni taħraq fost in-nies.
Il-Qorti stabiliet ukoll li kontrarjament ta’ dak li implika l-artiklu, Roberta Messina ma kinitx ingħatat il-karigi għax kienet toqgħod fl-istess distrett ta’ dak li kien il-ministru tas-saħħa ta’ dak iż-żmien – fil-fatt ma kinitx toqgħod f’dak id-distrett – u l-ħtriet tagħha ma kellhomx x’jaqsmu mal-fatt li hi kienet bint il-Kummissarju tas-Saħħa fl-Uffiċċju tal-Ombudsman.
Il-Qorti qalet li kien ċar li l-intenzjoni ta’ min kiteb l-artiklu kienet li ssir ħsara lir-reputazzjoni ta’ Roberta Messina.
L-editur għalhekk kien immultat €4,000 liema multa qalet il-Qorti, tirrifletti wkoll id-dewmien tal-każ.
//= $special ?>