Patri Frans Micallef OP ġie ri-elett bħala l-Provinċjal tal-Patrijiet Dumnikani Maltin waqt it-48 Kapitlu Provinċjali tal-Provinċja Dumnikana Maltija li sar fil-Kunvent tad-Dumnikani fir-Rabat.
Patri Frans Micallef OP twieled ir-Rabat fl-1948 u ħa l-edukazzjoni tiegħu fis-Seminarju u fil-Kulleġġ Filosofiku Tejoloġiku, San Tumas D’Akwinu. F’Settembru tal-1965 hu għamel il-Professjoni Reliġjuza u kien ordnat saċerdot f’Marzu tal-1971. Hu ggradwa fil-mużika u serva f’divesi uffiċċji tal-Provinċja bħala Surmast tal-Istudenti, Pirjol tal-Kunvent tar-Rabat, Amministratur Finanzjarju, Rettur tal-Kulleġġ San Albert il-Kbir għal dawn l-aħħar 16-il sena kif ukoll Kappillan tal-Parroċċa tal-Portu Salvu l-Belt Valletta fejn beda wkoll Radju Xeb-er-Ras. Fl-2013 kien magħżul Provinċjal għall-ewwel darba.
Sadattant it-48 Kapitlu Provinċjali tal-Patrijiet Dumnikani Maltin fetaħ il-Ġimgħa 9 ta’ Ġunju bil-quddiesa tal-Ispirtu s-Santu mmexxija mill-Provinċjal Patri Frans Micallef OP. Il-quddiesa saret fil-Knisja tal-Madonna tal-Għar r-Rabat, flimkien mal-Patrijiet Kapitulari u aħwa oħra mill-Provinċja. Matul il-Kapitlu saret l-għazla tal-Provinċjal il-ġdid kif ukoll il-proposti u l-ħidmiet tal-Provinċja Dumnikna Maltija għall-erba’ snin li ġejjin.
//= $special ?>

