Internazzjonali

It-terroristi kienu qed jippjanaw li jaħtfu l-ostaġġi

Mill-investigazzjoni tal-pulizija Ingliża, aktarx it-tlett terroristi li wettqu l-attakk ta’ ftit ġranet ilu tul London Bridge kienu qed jippjanaw li jaħtfu l-ostaġġi.

It-terroristi kienu saqu għal fuq in-nies u imbagħad niżlu u bdew jattakkaw kull min ġie quddiemhom bis-skieken. Huma kellhom ukoll fuqhom ċinturi b’dak li kien jidher li kien splussiv imma wara rriżulta li dan kien biss għad-dehra u fihom ma kien hemm xejn. Fl-attakk tmien persuni kienu nqatlu.

Il-Pulizija Ingliża qalet li l-fatt li t-terroristi kellhom dak li jidher kien splussiv fuqhom aktarx kien għaliex kien qed jippjanaw li jaħtfu l-ostaġġi u jassedjaw ruħhom x’imkien biex imbagħad joqtluhom quddiem il-kameras.