Lokali

Vandalizzata l-karozza ta’ kandidat Nazzjonalista

Persuna jew persuni mhux magħrufa matul il-lejl li għadda vvandalizzaw il-karozza tal-kandidat tal-Partit Nazzjonalista Charlot Cassar.

Hekk kif qam dalgħodu, l-kandidat tal-Partit Nazzjonalista sab it-tyres tal-karozza mifqugħin waqt li sab ukoll brixx mal-parti ta’ quddiem tal-karozza.

Dwar dan Charlot Cassar għamel rapport fl-għassa tal-Fgura.

Fi stqarrija l-Partit Nazzjonalista esprima solidarjetà mal-kandidat u kunsillier Nazzjonalista Charlot Cassar wara l-attakk fuq il-karozza tiegħu.

Il-Partit Nazzjonalista kkundanna dan l-att kodard.