Lokali

Approvati permessi rekord ġimgħa qabel l-elezzjoni

L-Awtorità tal-Ippjanar, matul il-ġimgħa ta’ qabel l-elezzjoni approvat id-doppju tal-permessi li normalment tapprova.

Fil-fatt minn stħarriġ li għamel il-ġurnal The Times of Malta, bejn id-29 ta’ Mejju u 2 ta’ Ġunju ġew approvat 371 permess għall-iżvilupp, l-iktar permessi approvati f’ġimgħa matul din is-sena.

F’dawn il-ħamest ijiem qabel l-elezzjoni ma kienux approvati għaxar applikazzjonijiet biss, filwaqt li kien hemm ammont żgħir ta’ talbiet li kienu rtirati.

B’kuntrast matul Ġunju tal-2016 kienu approvat 456 permess għal żvilupp.

Matul il-kampanja elettorali minn meta tħabbret fl-ewwel ta’ Mejju kienu approvati 245 permess kull ġimgħa.

Aktar kmieni din is-sena The Times kienet rrappurtat li l-permessi ta’ żvilupp f’art ODZ matul is-sena 2016 kien l-ogħla fi żmien ħdax-il sena.

Dan ikompli mar-rapporti fil-ġranet li għaddew li fil-ġimgħat qabel l-elezzjoni ingħataw mijiet ta’ impjiegi maċ-ċivili, fost oħrajn kien rappurtat li f’Għawdex biss fil-ġimgħat qabel l-elezzjoni ngħataw mal-elf impjieg mal-Gvern.