Lokali

Elezzjonijiet Każwali bħal-lum ġimgħa għas-siġġijiet tal-PL

Elezzjonijiet każwali għal membru parlamentari fil-5, 12, 2, 9, 4, 6, u fit-8 distretti elettorali

Il-Kummissjoni Elettorali se tmexxi elezzjoni każwali fil-ħames, fit-tnax, fit-tieni, fid-disà, fir-raba’, fis-sitt, u fit-tmien distretti elettorali ċeduti rispettivament minn Joseph Muscat, Evarist Bartolo, Helena Dalli, Michael Falzon, Chris Fearne, Silvio Schembri, u Edward Scicluna.

Il-Kummissjoni Elettorali avżat li se tirċievi n-nominazzjonijiet tal-kandidati għall-elezzjoni każwali biex jimtlew dawn il-postijiet ta’ membri parlamentari.

Dawk il-kandidati li kkontestaw id-distretti elettorali msemmija fl-Elezzjoni Ġenerali tat-3 ta’ Ġunju 2017, u li ma ġewx eletti iżda għandhom il-kwalifiki meħtieġa biex jiġu eletti, jistgħu jippreżentaw in-nomina tagħhom kuljum mill-Erbgħa 14 sal-Ħadd 18 ta’ Ġunju 2017, fl-Uffiċċju tal-Kummissjoni Elettorali f’Evans Building, Triq il-Merkanti, il-Belt Valletta, bejn id-9.00 am u s-1.00 pm.

Il-formoli tan-nomina jistgħu jinkisbu mill-Uffiċċju tal-Kummissjoni Elettorali. Il-Kummissjoni Elettorali tavża li l-għadd tal-voti tal-elezzjonijiet każwali se jsir nhar it-Tlieta 20 ta’ Ġunju 2017, mit-8.00am ’il quddiem.