Lokali

FILMAT: Tifel ta’ 10 snin jaqla’ xebgħa fil-Pjazza ta’ Buġibba – jitkellem missieru

Serata għall-kwiet fil-Pjazza ta’ Buġibba u fost il-ħbieb, għal Enzo Cestaro u ibnu Gianpiero nbidlet fi trawma.

Waqt li kien qed jieħu l-kafe u ibnu jilgħab ftit metri biss bogħod, Enzo ra lil Gianpiero, ta’ għaxar snin, jaqla’ xebgħa għal xejn b’xejn minn dik li jsejħilha bħala gang ta’ tfal Serbi u Maltin tal-istess eta’ ta’ ibnu.

Min għandu xi informazzjoni dwar min jistgħu jkunu t-tfal li aggredew lil Gianpiero, hu mitlub jagħmel kuntatt mal-Pulziija, anke jekk b’mod anonimu.