Lokali

Jinqabad bi 15-il kilo droga ħaxixa qabel beda vjaġġ lejn Malta

Taljan li kien se jaqbad katamaran minn Pozzallo fi triqtu lejn Malta bi ħmistax-il kilogramma tad-droga ħaxixa ġie arrestat ftit qabel il-vjaġġ.

Ir-raġel li għandu 47 sena inqabad bi droga li kienet ippakjata fi blokki mgeżwra fil-plastik.

Mal-arrest tiegħu ir-raġel ittieħed Ragusa għal aktar investigazzjonijiet.

Rapporti fil-midja Taljana qed jgħidu li l-valur tad-droga kkonfiskata tammonta għal €150,000.