Lokali

In-Nazzjon 13.06.2017

L-istejjer ewlenin fl-ewwel paġna ta’ In-Nazzjon jittrattaw il-mewġa ta’ transfers li saret fil-Korp tal-Pulizija fl-aħħar jiem wara r-rebħa Laburista fl-elezzjoni ġenerali tat-3 ta’ Ġunju. Stejjer oħra jirrigwardaw id-deċiżjoni tal-Kumitat Eżekuttiv tal-Partit Nazzjonalista dwar id-dsitretti li fihom se jsiru l-elezzjonijiet każwali.

Aktar stejjer jittrattaw id-distrett ta’ Għawdex b’rabta ma’ kumment dwar l-onestà fil-politika li għamefuq Facebookl l-eks-Deputat Laburista Franco Mercieca li fl-elezzjonijiet ġenerali ma kienx elett minkejja li l-Partit Laburista rebaħ tliet siġġijiet.

Fil-paġni tal-opinjonijiet insibu l-analiżi ta’ Mario Schiavone, Jason Azzopardi u Euchar Mizzi.