Lokali

Sezzjonijiet aġġornati fis-sit www.pn.org.mt

Ftit jiem biss wara l-elezzjoni ġenerali, l-Partit Nazzjonalista għandu sit elettroniku aġġornat biex iżomm lill-poplu Malti u Għawdxi aġġornat, kif ukoll bil-għan li kull min irid javviċina lill-Partit Nazzjonalista jkun jista’ jagħmel dan b’mod mill-aktar faċli.

Jekk wieħed jagħti ħarsa lejn is-sit pn.org.mt, jara li f’dan is-sit hemm ħames features differenti – features li huma kollha ta’ interazzjoni.

Sezzjoni partikolari tas-sit hi dik fejn tista’ tirreġistra biex iżżomm lilek innifsek aġġornat mill-Partit Nazzjonalista. Kull ma trid tagħmel hawnhekk hu li tagħti d-dettalji tiegħek.

Jekk trid issir membru ġdid tal-Partit Nazzjonalista, tista’ tidħol fis-sezzjoni Ittessera fejn hemmhekk tista’ tagħżel liema tessera tixtieq – jekk hux tessera ġdida, jekk hux ta’ sena, ta’ ħames snin, ta’ anzjan jew anzjana u anke tesserament għal għomrok.

Min jixtieq jagħti donazzjoni lill-Partit Nazzjonalista, jista’ jagħmel dan fis-sezzjoni ‘Donazzjoni’ fejn hemmhekk tista’ tagħżel l-ammont li tixtieq tagħti lill-Partit Nazzjonalista – b’mod partikolari f’dan il-mument wara l-elezzjoni ġenerali.

L-aktar ħaġa importanti bejn partit politiku u l-elettorat hu l-kuntatt, u għalhekk, permezz ta’ dan is-sit, il-Partit Nazzjonalista qed jiddedika sezzjoni biex int tkun tista’ tagħmel kuntatt b’mod personali mal-Partit Nazzjonalista. Bħalissa, din qed tintuża b’mod partikolari minn min sofra jew qed isofri xi tip ta’ inġustizzja, b’mod partikolari ta’ transfers vendikattivi.

Fl-aħħarnett, min għandu ħin x’joffri lill-Partit Nazzjonalista jista’ jingħaqad mat-tim ta’ voluntiera li filwaqt li kien diġà b’saħħtu fil-kampanja elettorali li għaddiet, hu mistenni li jkompli jissaħħaħ fil-ġimgħat u x-xhur li ġejjin.

Is-sit elettroniku tal-Partit Nazzjonalista hu www.pn.org.mt.