Iż-żagħżugħ Chris Abela ngħata l-aħħar tislima wara li l-Ħamis li għadda tilef ħajtu f’inċident bil-mutur fil-bypass tal-Imrieħel.
Għall-aħħar vjaġġ tiegħu, Chris iż-żagħżugħ maħbuba minn ħafna li ddistingwa ruħu għat-tbissima li dejjem żamm fuq fommu, kien akkumpanjat minn għexieren ta’ sewwieqa tal-muturi, waqt li l-Knsija Kolleġġjata ta’ San Pawl kienet ippakkjata b’folla nies fuq iz-zuntier.