Lokali

AD iridu li Briguglio jirrizenja mill-Kunsill ta’ tas-Sliema – Jsostni li se jibqa’ jaħdem fl-interess tas-Slimiżi

L-Alternattiva Demokratika iridu li l-eks Chairperson Michael Briguglio jirriżenja mill-Kunsill ta’ tas-Sliema. Dan wara li Briguglio irriżenja mill-Alternattiva Demokratika fl-4 ta’ Mejju li għadda.

Ir-riżenja ta’ Briguglio mill-Alternattiva Demokratika kienet diskussa waqt l-Eżekuttiv u kienet aċċettata.

Madanakollu l-Alternattiva Demokratika trid li Michael Briguglio jirriżenja minn Kunsillier f’Tas-Sliema.

Fi tweġiba għal dan Michael Briguglio waqt li rringrazzja l-Alternattiva Demokratika li aċċettaw ir-riżenja tiegħu, sostna li b’sens ta’ responsabilita’ lejn in-nies li eleġġewh sa mill-2003, hu ser jibqa’ jaħdem fl-interess tas-Slimiżi kollha.

 

Fl-aħħar elezzjoni ġenerali Michael Briguglio iddikjara pubblikament li minflok l-Alternattiva Demokratika kien se jappoġġja lill-Forza Nazzjonali.