Għawdex Lokali

Aktar appelli lill-awtoritajiet biex jieqfu x-xogħlijiet qrib il-katakombi f’Għawdex

Din l-Art Ħelwa appellat lill-Awtorità tal-Ippjanar u lis-Sovraintendent tal-Patrimonju Kulturali biex jieħdu azzjoni u jwaqqfu x-xogħlijiet li bħalissa qed ikunu ta’ theddida għall-katakombi ta’ żmien ir-Rumani magħruf bħala Għar Għerduf, fil-lokalità Ta’ Kerċem, f’Għawdex.

L-għaqda mhux-governattiva ‘Din l-Art Ħelwa’ qalet li z-zona fejn qed isir l-iżvilupp hi zona arkeoloġika ta’ importanza u kull theddida, jekk mhux għall-qasam tar-riċerka, hu ta’ reat kontra l-wirt kulturali Malti.

L-għaqda fissret li l-katakombi huma ta’ importanza kruċjali u jitolbu li jkunu preżervati u mħarsa.

Il-katakombi ta’ Għar Gerduf huwa sit Skedat fi Grad A minħabba l-importanza arkeoloġika u storika tiegħu.

Il-ġimgħa li għaddiet, Wirt Għawdex ukoll ħarġet stqarrija ta’ kundanna u ta’ appell biex jieqaf immedjatament ix-xogħol qrib dawn il-katakombi.