Futbol Sport

De Biasi mhux se jibqa’ jmexxi lill-Albanija

De Biasi

Il-kowċ nazzjonali tal-Albanija Gianni De Biasi ħabbar li fi tmiem il-partiti validi mir-rawnd ta’ kwalifikazzjoni għat-Tazza tad-Dinja mhux se jibqa’ jmexxi lit-tim. Dan ifisser li l-avventura pożittiva li kellu De Biasi mal-Albanija se tintemm wara ħames snin u nofs f’Ottubru li ġej.

F’dawn is-snin li ilu mal-Albanija De Biasi għen lit-tim jikkwalifika għall-fażi finali tal-Euro 2016. L-Albanija kienu sfaw eliminati mill-fażi tal-gruppi wara li spiċċaw fit-tielet post fil-grupp rispettiv tagħhom.

F’dawn l-aħħar xhur kien hemm pressjoni kbira fuq De Biasi wara li t-tim tilef kontra Spanja, l-Italja u l-Lussemburgu. Ironikament, għal dan il-kowċ Taljan, l-aħħar logħba tiegħu mal-Albanija se tkun kontra l-Italja.