Futbol Sport

Di Francesco minflok Spalletti bħala kowċ ta’ Roma

Roma ħabbru li se jkun Eusebio Di Francesco li se jieħu post l-ekskowċ Luciano Spalletti. Dan tal-aħħar, matul il-ġimgħa ffirma kuntratt ma’ Inter u b’hekk Roma kellhom ifittxu kowċ ġdid.

Dan se jkun Di Francesco, kowċ li meta kien plejer libes il-flokk ta’ Roma bejn l-1997 u l-2001. Hu fil-fatt kien parti mit-tim li fl-2001 rebaħ il-kampjonat.

La darba beda l-karriera ta’ kowċ mexxa timijiet bħal ma huma Virtus Lanciano, Pescara u Lecce. Matul l-aħħar snin hu kien qed imexxi lil Sassuolo u dawn saħanistra ikkwalifikaw għall-Europa League fl-istaġun 2015-16 u anke għall-istaġun li ġej.