L-ekschampion tad-dinja Fabio Grosso li dan l-aħħar kien qed imexxi lit-tim tal-Primavera ta’ Juventus inħatar bħala kowċ ta’ Bari.
Grosso, li kien fl-2006 rebaħ it-Tazza tad-Dinja mal-Italja kien irtira mill-futbol sitt snin wara u ilu jaħdem fi ħdan l-akkademja ta’ Juventus sa mill-2013.
Grosso issa se jibda esperjenza ġdida fis-Serie B hekk kif se jkun qed jieħu post Stefano Colantuono mat-tim ta’ Bari.
//= $special ?>