Internazzjonali

FILMAT: 12-il persuna mejta wara li bini ta’ 24 sular f’Londra inħakem min-nirien kbar

Sa issa huma 12-il persuni konfermati mejta wara li matul il-lejl li għadda nar ħakem blokk appartament fil-kapitali tar-Renju Unit Londra. In-numru tal-mejta mistenni jkompli jiżdied.

Il-bini, Grenfell Tower f’Kensington fil-Punent ta’ Londra hu twil 24 sular u fih kienu jgħixu mijiet ta’ persuni.

Xhieda rrapportaw li kien hemm nies li qabżu mit-twieqi biex jevitaw in-nirien.

B’kollox kien hemm 200 pupier impenjati kontra n-nirien li bdew fil-ħemda tal-lejl. Sa issa mhux magħruf x’kienet ir-raġuni li beda n-nar.

Il-Pulizija qalet li n-nar infirex lejn is-sulari kollha u hemm periklu li l-bini jikkrolla.

Il-midruba minn dan in-nar kellhom jitqassmu bejn ħames sptarijiet f’Londra.