Lokali

Ġlieda fil-Gżira twassal biex raġel ta’ 38 sena jaqla’ daqqiet ta’ sikkina

Mill-Arkivji

Argument fil-Gżira ilbieraħ filgħaxija wassal biex biex raġel ta’ 38 sena qala’ daqqiet ta’ sikkina. Dwar dan il-każ aktar tard ġie arrestat raġel ta’ 69 sena minn Tas-Sliema.

Jirriżulta li l-każ seħħ fi Triq Ponsonby l-Gżira ftit wara d-9p.m. wara argument li beda fl-istess triq bejn iż-żewġt irġiel u li kompla jeskala.

Ir-raġel ferut ittieħed l-isptar u ġie ċċertifikat li qed isofri ġrieħi ħfif.

Dwar il-każ infetħet inkjesta Maġisterjali.