Tul ix-Xatt ta’ Pinto fil-Floriana illum hemm l-akbar cruise liner tal-MSC, l-MSC Meraviglia. L-MSC, li kien inawgurat jumejn ilu, jtajjar il-bandiera Maltija u wasal Malta għall-ewwel darba dalgħodu.
Il-wasla tal-cruise liner Meraviglia f’Malta kienet possibbli għall-investiment li sar fl-aħħar 15-il sena fil-Valletta Waterfront u dan ifisser li l-cruise liner se jibda jġib Malta 150,000 passiġġier kull sitt xhur.
Il-Vapur jiżen 167,000 tunnellata u jġorr aktar minn 4,500 passiġġier u 1,500 membru tal-ekwipaġġ.
Id-Direttur Maniġerjali tal-Malta Seafarers Copany Limited, Mario Aponte, qal li l-fatt li l-Meraviglia jtajjar bandiera Maltija, hu vot ta’ fiduċja għal Malta u għall-industrija marittima lokali. Żied jgħid li mal-50 fil-mija tal-passiġġieri tal-MSC li jiġu f’Malta b’cruise liner, jerġgħu jiġu f’Malta għal btala itwal.
