Raġel ta’ 34 sena residenti San Ġiljan, imma mwieled il-Panama, illum staqsa biex jieħu l-qattus miegħu il-ħabs wara li ammetta li kien qed jabbuża u jittraffika mid-droga u ntbagħat 15-il xahar ħabs.
Ir-raġel, Vladimir Omar Fernandez Delgado ammetta li kellu fil-pussess tiegħu id-droga kokaina kif ukoll kannabis u waqt li ammetta hu qal li kien għamel dan għax kien għaddej minn problemi fiż-żwieġ.
Il-Maġistrat waqt li kkundannah 15-il xahar ħabs u talab lid-direttur tal-ħabs biex jipprovdi l-għajnuna kollha lir-raġel biex jiġġieled il-problema tad-droga, ir-raġel talab il-maġistrat biex il-ħabs jieħu miegħu il-qattus. Il-Maġistrat waqt li wieġeb li dan irid jiċċekjah mal-awtoritajiet, il-Maġistrat żied jgħid li f’pajjiżna hemm regoli li rridu nosservaw.
//= $special ?>

