Inċident f’sit ta’ kostruzzjoni fit-Telgħa tax-Xemxija wassal għal kaos fit-traffiku fl-inħawi. Dan hekk kif kellu jingħalaq l-aċċess għall-Mellieħa.
L-inċident seħħ iktar kmieni, meta gaffa kienet fuq struttura li kienet qed titwaqqa’. Għal xi raġuni, xi ħaġa marret ħażin bil-konsegwenza li l-gaffa għelbet. S’issa għad mhux magħruf jekk kienx hemm xi ħaddiema li sofrew xi ġrieħi.
Iktar tard, fil-post wasal krejn biex ineħħi l-gaffa mill-post biex b’hekk jitneħħa l-periklu. Madankollu dan wassal biex it-triq ġiet imblukkata, b’numru ta’ persuni jikkuntattjaw lil dan is-sit imħassba wara li ilhom ħin twil wieqfa fit-traffiku.
Persuna li tkellmet magħna ddeskriviet is-sitwazzjoni bħala “ħerba.”