Il-Qorti ordnat li familjari ta’ ħaddiem tat-Tarzna li miet minħabba l-asbestos jingħataw kumpens t’ €9,000.
Ir-raġel, John Fenech ta’ 76 sena kien miet wara kumplikazzjonijiet kaġun ta’ 36 sena espost għall-asbestos meta kien jaħdem it-tarzna.
Jirriżulta li Fenech miet b’kanċer tal-pulmun minħabba l-asbestos. Hu kien jaħdem it-tarzna bejn l-1959 u l-1995.
Minħabba li ma kinx stabbilit il-ħsara li l-asbestos jagħmel għall-bniedem, ma kinux jittieħdu l-prekawzjonijiet ħlief li l-ħaddiema kienu jaslu jdejhom. L-espert mediku l-Professur Joseph Cacciatolo xehed fil-qorti li hu stabbilit li l-kanċer tal-pulmun hu relatat mal-asbestos.
//= $special ?>