Lokali Unjoni Ewropea

Minn għada titneħħa t-tariffa tar-roaming minn fuq it-telefonati fl-UE

Minn għada l-15 ta’ Ġunju 2017 se jipiċċaw il-ħlasijiet tar-roaming fl-UE kollha.

Fi starrija f’isem il-Presidenza tal-Kunsill tal-Ewropa  il-President tal-Parlament Ewropew Antonio Tajani u l-Prim Ministru Malti Joseph Muscat u l-President tal-Kummissjoni Ewropea Jean-Claue Juncker qal li l-iskop tal-UE hu li l-poplu jinġiebu flimkien u li l-ħajja ssir iktar faċli.

It-tmiem tat-tariffi tar-roaming hi storja ta’ suċċess biex minn issa ‘l quddiem il-persuni li jivvjaġġaw fl-UE se jkunu jistgħu jċemplu, jibgħatu l-messaġġi u jużaw l-apparat telefoniku tagħhom bl-istess rati li jħallsu f’pajjiżhom.

It-tneħħija ta’ dawn it-tariffi hi kkunsidrata bħala wieħed mill-ikbar kisbet tanġibbli fl-Ewropa. Din il-probblema kienet ilha tkun diskussa 10 snin u kienet qed teffettwa negattivament lill-popli tal-UE.

Din il-kisba setgħet issir realtà bil-kooperazzjoni bejn diversi pajjiżi.

L-operaturi fis-settur kellhhom sentejn żmien biex iħejju għat-tmiem tat-tariffi tar-roaming u l-UE hi fiduċjuża li l-operaturi jieħdu l-opportunitajiet li rregoli ġodda se jġibu għall-benfiċċju tal-konsumaturi.