Lokali

In-Nazzjon 14.06.2017

Id-diskors li għamel ilbieraħ filgħaxija l-Kap tal-Partit Nazzjonalista Simon Busuttil f’laqgħa mal-attivisti tal-Partit f’Għawdex, jingħata importanza f’In-Nazzjon, b’rapport dettaljat ta’ dak li qal fil-laqgħa li saret fis-sub-headquarters tal-Partit, f’Ta’ Sannat.

Fi storja oħra, In-Nazzjon jiżvela eżerċizzju li qiegħed isir fil-Korp tal-Pulizija biex  b’mod imminenti jsiru l-ħatriet għal Assistenti Kummissarji ġodda fil-Korp.

Storja umana tittratta familja mill-Kosta tal-Ivorju li qed toqrob lejn tmiem feliċi wara sentejn mifrudin minn xulxin.

Fil-paġni tal-opinjonijiet hemm l-analiżi politika ta’ David Casa, Justin Schembri u Martin Camilleri.