Futbol Sport

Shenzhen ikeċċu lil Eriksson

Il-klabb Ċiniż ta’ Shenzhen keċċa lill-kowċ Sven-Goran Eriksson. Dan tal-aħħar, ekskowċ nazzjonali tal-Ingilterra kien beda jmexxi lil Shenzhen f’Diċembru li għadda imma l-wirjiet tat-tim xejn ma tjiebu taħt it-tmexxija tiegħu.

Shenzhen qed jittamaw li jiksbu l-promozzjoni għall-ogħla diviżjoni imma bħalissa qegħdin fir-raba’ post wara biss ħames rebħiet minn 13-il logħba. Wara tmien partiti mingħajr rebħa waslet id-deċiżjoni tal-klabb li neħħew lil Eriksson u minfloku ħatru lil Wang Baoshan.