Ftit qabel it-tmienja ta’ dalgħodu tifla ta’ 13-il sena li tattendi l-iskola sekondarja Santa Monika ttajret waqt li kienet qed taqsam fi triq Fleur De Lys f’Birkirkara.
It-tifla li hi minn Birkirkara ttajret minn karozza misjuqa minn raġel ta’ 63 sena minn Raħal Ġdid.
Fuq il-post waslu kemm Pulizija kif ukoll ambulanza li ħadet lit-tifla l-isptar Mater Dei.
It-tifla jidher li sofriet ġrieħi ħfif.
Kawża ta’ dan l-inċident fit-triq nħoloq ammont kbir ta’ traffiku.
Aktar kmieni kellna informazzjoni li l-persuna li ttajret kienet mara, iżda filfatt hija tifla li tattendi l-iskola Santa Monika tas-sekondarja fi Fleur De Lys.
//= $special ?>