Lokali

Alfred Pisani jirrapreżenta lil Malta waqt l-EY’s World Entrepreneur Of the Year Award 2017

Hekk kif aktar kmieni din is-sena ċ-Ċermen tal-Corinthia Group, Alfred Pisani, ġie premjat bħala l-aqwa imprenditur f’Malta waqt l-ewwel edizzjoni tal-EY Malta’s Entrepreneur of the Year Award, huwa rrapreżenta lil pajjiżna waqt l-appuntament annwali tal-World Entrepreneur of the Year Awards, li ġew organizzati f’Monaco.

Alfred Pisani kien fost –il 59 rebbieħ qalb 49 pajjiż differenti. Murad Al-Katib ġie premjat bit-titlu tal-aqwa imprenditur. Al-Katib huwa l-President u CEO ta’ kumpanija Kanadiża li tispeċjalizza fid-distribuzzjoni tal-ikel, fost oħrajn piżelli u ċiċri.

Iċ-Ċermen tal-Corinthia Group, sostna li kien ta unur kbir li rrapreżenta lil Malta hekk kif huwa ta’ sodisfazzjon kbir meta Malta tingħata l-opportunità sabiex turi l-potenzjal tagħha u l-importanza tal-Mediterran.