Lokali

ARA: Issa tista’ tara t-triq tiegħek fuq Google Street View

Google Street Views issa beda juri wkoll it-toroq f’Malta u Għawdex. B’hekk tista’ tidħol fil-website u virtwalment timxi fit-toroq madwar Malta u Għawdex.

Din l-għodda moderna tintuża minn miljuni madwar id-dinja, jew biex issib xi post partikolari jew inkella biex it-turisti jiffamiljarizzaw ruħhom.
Il-karozzi tal-kumpanija Google kienu qed iduru madwar Malta u Għawdex matul is-sena li għaddiet.