Bayern Munich akkwistaw lill-midfielder ta’ Lyon Corentin Tolisso għal somma rekord ta’ 41.5 miljun ewro. Il-plejer ta’ 22 sena ffirma kuntratt ta’ ħames snin u fl-ewwel kummenti tiegħu qal li ngħaqad mal-klabb bil-Ġermaniż bit-tama li jirbaħ ħafna unuri.
Tolisso kien ilu ma’ Lyon sa minn meta kellu 13-il sena u kien fl-2013 meta ddebbuta mat-tim tal-kbar u minn dakinhar ‘l hawn lagħab 160 partita magħhom bi 32 minnhom ikunu fiċ-Champions League u l-Europa League.
Tolisso issa hu mistenni jimla l-vojt li ħalla Xabi Alonso wara li dan tal-aħħar irtira fi tmiem l-istaġun.
Tolisso hu r-raba’ akkwist tat-tim ta’ Ancelotti għal dan is-sajf.