Rani Hong kienet ittrafikata fl-eta’ ta’ 7 snin. Wara li rnexxielha toħroġ mis-suq tal-iskjavitu, Rani daret diversi pajjiżi sabiex tqajjem kuxjenza dwar x’inhi l-iskjavitu moderna u t-tbatija li jgħaddu minnha dawk li jinqabdu fiha.
Bħalissa Rani tinsab Malta biex bir-rakkont tal-istorja tagħha tqajjem kuxjenza fi ħdan l-awtoritajiet dwar skjavitu, inkluż fost it-tfal.
Ma’ Net News Rani rrakontat kif ħabiba tal-familja tagħhom kienet ħajret lil ommha sabiex toffri lil bintha, jiġifieri li Rani, biex ikollha edukazzjoni aħjar. Li ma kinitx taf ommha kien li din il-mara kienet taħdem biex tfal ikunu ttrafikati għal skopijiet differenti. U dakinhar kien imiss lil bintha , Rani li kien għad kellha 7 snin.
Kull 15-il sekonda, persuna fid-dinja tinbigħ għall-iskjavitu inkluż tfal. Rani spjegat wkoll li aktar minn 24 miljun persuna hu stmat li inqabdu fin-nassa tal-iskjavitu moderna.
Il-ħajja ta’ Rani issa nbidlet kompletament. Iżżewġet u għandha t-tfal. Wara ħafna snin reġgħet iltaqgħet anke ma’ ommha.
It-terminu ta’ skjavitu moderna tgħaqqad fiha t-traffikar tal-persuni, xogħol sfurzat taħt kundizzjonijiet miżeri, traffikar ta’ persuni għal skopijiet sesswali, għal żwieġ sfurzat u għal kwalunkwe forma ta’ esplojtazzjoni tal-bniedem li jkun mibjugħ mit-traffikanti.
Rani Hong biex tqajjem il-kuxjenza dwar il-ġlieda kontra l-iskjavitu bdiet il-ħidma fi ħdan il-Fondazzjoni Tronie Foundation.
Hong qed tieħu sehem f’summit organizzat f’pajjiżna b’kollaborazzjoni mal-Uffiċċju tal-President ta’ Malta Marie Louise Coleiro Preca.
//= $special ?>