Kurżitajiet Lokali

Il-parker ta’ Wied iż-Żurrieq fost dawk li nqabdu fil-Google Streets

Il-kelb tal-parkeġġ ukoll protagonista

Fl-aħħar sigħat kienu mijjiet il-Maltin u l-Għawdxin illi invadew is-sit tal-Google sabiex jaċċessaw is-servizz tal-Google Streets li issa qed jinkludi anke lil pajjiżna.

Dawra mat-toroq ta’ Malta, u malajr tiltaqa’ ma’ karattri sinonimi ma’ bosta. Fosthom, il-famuż parker ta’ Wied iż-Żurrieq u l-kelb li dejjem issibu f’dan il-parkeġġ.

Ħafna minn dawk li dehru fuq il-Google Streets inqabdu f’pożizzjonijiet “antipatiċi” jew mhux mistennija. Jidhru ukoll nies jistennew fuq stages tal-linja, u vetturi mhux tas-soltu jinstaqu fit-toroq ta’ Għawdex.

Hawn taħt tistgħu taraw uħud mit-toroq li ġibdulna l-attenzjoni.

Hemm oħrajn? Ikkuntatjawna.