Il-Qorti ordnat li tiġi meqruda konsenja ta’ 696 par żarbun foloz tad-ditta Nike u Swoosh Design. Dan hekk kif kienu nstabu f’kontejner li daħal fil-Port Ħieles lura fl-10 ta’ Diċembru 2016.
Il-konsenja kienet ġiet skoperta mid-Dwana ta Malta wara li nstabet f’kontejner u minnufih waqa’ suspett li ż-żraben ma kienux oriġinali, u wara stħarriġ ġie kkonfermat proprju hekk.
Għaldaqstant, il-Prim Awla tal-Qorti Ċivili, ippreseduta mill-Imħallef Mark Chetcuti, ordnat lill-Kontrollatur tad-Dwana sabiex fi żmien 90 ġurnata jinqerdu ż-żraben kollha.
Dan filwaqt li l-esportaturi Guang Sheng Import & Export Co. u l-importaturi Import Department Pelikan Agency kellhom iħallsu l-ispejjeż kollha għad-danni tal-kumpaniji Nike Innovative u One Bowerman Drive, il-produtturi tad-ditta ġenwina li fetħu l-kawża l-Qorti.
//= $special ?>

